19.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vredegerecht te Antwerpen) – il-Belġju – Woonhaven Antwerpen vs Khalid Berkani, Asmae Hajji
(Kawża C-446/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Klawżoli inġusti - Kuntratt ta’ kiri konkluż bejn kumpannija ta’ akkomodazzjoni soċjali rrikonoxxuta u kerrej - Kuntratt standard ta’ kiri li sar vinkolanti permezz ta’ att leġiżlattiv nazzjonali - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 1(2) - Nuqqas ta’ applikabbiltà ta’ din id-direttiva))
(2018/C 063/05)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Vredegerecht te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Woonhaven Antwerpen
Konvenuti: Khalid Berkani, Asmae Hajji
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva ma tapplikax għall-kundizzjonijiet li jinsabu stabbiliti fil-kuntratt ta’ kiri soċjali konkluż bejn kumpannija ta’ akkomodazzjoni soċjali rrikonoxxuta u kerrej, li huma ddeterminati minn leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 11 tal-kuntratt standard ta’ kiri anness mal-Besluit van de Vlaamse Regering tot reglementering van het sociale huurstelsel ter uitvoering van titel VII van de Vlaamse Wooncode (Digriet tal-Gvern tal-Vlaanderen li jirregola l-iskema tal-kiri soċjali u jimplementa t-Titolu VII tal-Kodiċi tal-Vlaanderen tal-Akkomodazzjoni), tat-12 ta’ Ottubru 2007.
(1) ĠU C 318, 25.09.2017