Kawża C-481/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo) – il-Bulgarija – Nikolay Yanchev vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Skema ta’ għajnuna awtorizzata mill-Kummissjoni Ewropea — Għajnuna tal-investimenti fil-settur tal-agrikoltura — Eżenzjoni fiskali — Maħfra tat-taxxa fuq il-kumpanniji — Kundizzjonijiet — Rifjut ta’ għoti ta’ għajnuna individwali abbażi ta’ din l-iskema ta’ għajnuna)
C2762018MT1010120180530MT0014101101
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo) – il-Bulgarija – Nikolay Yanchev vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-481/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Skema ta’ għajnuna awtorizzata mill-Kummissjoni Ewropea — Għajnuna tal-investimenti fil-settur tal-agrikoltura — Eżenzjoni fiskali — Maħfra tat-taxxa fuq il-kumpanniji — Kundizzjonijiet — Rifjut ta’ għoti ta’ għajnuna individwali abbażi ta’ din l-iskema ta’ għajnuna)”2018/C 276/14Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Veliko Tarnovo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Nikolay Yanchev
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Dispożittiv
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 863, tal-11 ta’ Frar 2011, dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 107 u 108 TFUE u li tawtorizza l-għajnuna mill-Istat N 546/2010 maħruġa mir-Repubblika tal-Bulgarija favur investimenti fl-impriżi agrikoli permezz ta’ maħfra ta’ taxxa fuq il-kumpanniji, għandha tiġi interpretata bħala li ma tostakolax lil dan l-Istat Membru milli jirrifjuta l-għoti ta’ għajnuna abbażi ta’ din l-iskema meta l-applikant ma jissodisfax kundizzjoni, prevista mid-dritt nazzjonali, li tistabbilixxi li ma tista’ tingħata l-ebda għajnuna lil persuna taxxabbli li jkollha djun favur l-Istat, u dan minkejja l-fatt li l-imsemmija deċiżjoni ma tipprovdix espliċitament għal tali kundizzjoni.
( 1 ) ĠU C 369, 30.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy