5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Settembru 2018 – Allstate Insurance Company vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
(Kawża C-542/17 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali DRIVEWISE - Ċaħda tal-applikazzjoni - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(c) - Artikolu 7(2) - Artikolu 75 - Karattru deskrittiv - Neoloġiżmu kompost minn elementi li kull wieħed minnhom huwa deskrittiv tal-karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati - Destinazzjoni tal-prodotti u tas-servizzi - Żnaturament - Obbligu ta’ motivazzjoni))
(2018/C 399/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Allstate Insurance Company (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: K. Markakis, aġent)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.
2)
Allstate Insurance Company hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 13, 15.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy