7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2018 – Alex SCI vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-696/17 P) (1)
(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Finanzjament ta’ proġett ta’ żvilupp urban - Ċaħda ta’ lment - Rikors għal annullament - Inċidenza individwali - Locus standi)
(2019/C 4/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Alex SCI (rappreżentant: J. Fouchet, avocat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Georgieva-Kecsmar, K. Herrmann u T. Maxian Rusche, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D Colas, E. de Moustier u P. Dodeller, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Alex SCI għandha tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 72, 26.2.2018.