24.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 341/2
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċizjoni preliminari tar-Rayonen sad Svilengrad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Daniela Pinzaru, Robert-Andrei Cirstinoiu
(Kawża C-707/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kontrol ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1889/2005 - Ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni - Sanzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali - Miżura ta’ konfiska favur l-Istat tas-somma mhux iddikjarata - Sanzjoni ta’ priġunerija - Multa li tikkorrispondi għad-doppju tal-ammont tas-suġġett tal-ksur - Proporzjonalità))
(2018/C 341/02)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Rayonen sad Svilengrad
Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali
Daniela Pinzaru, Robert-Andrei Cirstinoiu
Dispożittiv
L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża pinċipali, li, sabiex tissanzjona ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, tipprevedi, minn naħa, miżura ta’ konfiska favur l-Istat tas-somma mhux iddikjarata u, min-naħa l-oħra, sanzjoni ta’ priġunerija b’massimu ta’ sitt snin jew multa li tikkorrispondi għad-doppju tal-ammont tas-suġġett tal-ksur.
(1) ĠU C 94, 12.3.2018.
Full & Egal Universal Law Academy