1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/2
Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Assemblea Plenarja) tat-30 ta’ April 2019 — Ir-Renju tal-Belġju
(Opinjoni 1/17) ĠU C 369, 30.10.2017.
((Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE - Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (CETA) Riżoluzzjoni tat-Tilwim bejn l-Investitur u l-Istat (ISDS) - Stabbiliment ta’ tribunal u ta’ tribunal tal-appell - Kompatibbiltà mad-dritt primarju tal-Unjoni - Rekwiżit ta’ osservanza tal-awtonomija tas-sistema legali tal-Unjoni - Livell ta’ protezzjoni ta’ interessi pubbliċi ffissati, konformement mal-kuntest kostituzzjonali tal-Unjoni, mill-istituzzjoni tagħha - Trattament ugwali bejn l-investituri Kanadiżi u dawk tal-Unjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 20 - Aċċess għall-qrati msemmija u indipendenza tagħhom - Artikolu 47 tal-Karta - Aċċessibbiltà finanzjarja - Impenn li din tiġi żgurata għall-persuni fiżiċi u għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju - Aspetti esterni u interni tar-rekwiżit ta’ indipendenza - Ħatra, remunerazzjoni u regoli dwar l-etika tal-membri - Rwol tal-Kumitat Konġunt taċ-CETA - Interpretazzjonijiet vinkolanti taċ-CETA ffissati mill-Kumitat))
(2019/C 220/02)
Lingwa tal-proċedura: il-lingwi uffiċjali kollha
Talba mressqa minn
Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, L. Van den Broeck, M. Jacobs u J.-C. Halleux, aġenti)
Dispożittiv
It-Taqsima F tal-Kapitolu Tmienja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-30 ta’ Ottubru 2016, hija kompatibbli mad-dritt primarju tal-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy