10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Torino (l-Italja) fit-2 ta’ Jannar 2017 – Petronas Lubricants Italy SpA vs Livio Guida
(Kawża C-1/17)
(2017/C 112/24)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte di Appello di Torino
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Petronas Lubricants Italy SpA
Konvenut: Livio Guida
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 44/2001 jagħti l-possibbiltà lil persuna li timpjega ddomiċiljata fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni, li ġiet imħarrka minn ex impjegat tagħha quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun iddomiċiljata (konformement mal-Artikolu 19 tar-Regolament), li tressaq kontrotalba fil-konfront tal-ħaddiem quddiem l-istess qorti adita bil-kawża prinċipali?
2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 44/2001 jagħti ġurisdizzjoni lill-qorti adita bil-kawża prinċipali anki fil-każ li l-kontrotalba mressqa mill-persuna li timpjega ma tirrigwardax kreditu li oriġinarjament kien tal-istess persuna li timpjega, iżda tirrigwarda kreditu li oriġinarjament kien ta’ persuna oħra (li fl-istess ħin, hija l-persuna li timpjega dan l-istess ħaddiem bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ xogħol parallel) u fejn il-kontrotalba hija bbażata fuq kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu, konkluż bejn il-persuna li timpjega u l-persuna li oriġinarjament kienet detentriċi tal-kreditu, f’data sussegwenti għat-tressiq tal-kawża prinċipali mill-ħaddiem?
Full & Egal Universal Law Academy