27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/20
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2017 minn ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-27 ta’ April 2017 fil-Kawża T-154/14, ANKO vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-6/17 P)
(2017/C 063/28)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (rappreżentant: Stavroula Paliou, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 fil-Kawża T154/14 u tirrinvijja l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid tal-mertu;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tikkontesta s-sentenza mogħtija fis-27 ta’ April 2016 mill-Qorti Ġenerali fil-kawża T-154/14 billi ssostni li tali sentenza tinkludi evalwazzjonijiet legali li jiksru regoli tad-dritt tal-Unjoni.
Skont l-appellanti, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata:
i)
fl-ewwel lok, inkonnessjoni mad-dispożizzjoni applikabbli tad-dritt materjali, minħabba żball ta’ liġi u irregolarità proċedurali li jivvizzjaw il-motivazzjoni tas-sentenza appellata;
ii)
fit-tieni lok, minħabba żball ta’ liġi inkonnessjoni mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw, fir-rigward tal-kawża, is-suġġett u l-oneru tal-prova u, fir-rigward tal-kontrotalba, it-tqassim tal-oneru tal-prova.
F’dan il-kuntest, l-aggravji huma dawn li ġejjin:
I)
inkonnessjoni tal-iżball ta’ liġi u mal-irregolarità proċedurali:
1)
l-ewwel aggravju: motivazzjoni insuffiċjenti manifesta.
2)
it-tieni aggravju: żball ta’ liġi u ta’ motivazzjoni kontraddittorja.
II)
inkonnessjoni tal-iżball ta’ liġi u mar-regoli li jirregolaw is-suġġett u l-oneru tal-prova:
3)
it-tielet aggravju: żball ta’ liġi marbut mas-suġġett u mal-oneru tal-prova fir-rigward tal-kawża.
4)
ir-raba’ aggravju: żball ta’ liġi marbut mat-tqassim tal-oneru tal-prova fir-rigward tal-kontrotalba tal-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy