17.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 231/2
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2017 minn Polo Club mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-10 ta’ Novembru 2016 fil-Kawża T-67/15 – Polo Club vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-10/17 P)
(2017/C 231/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Polo Club (rappreżentant: D. Masson, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Lifestyle Equities CV
Permezz ta’ digriet tal-1 ta’ Ġunju 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy