3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/33
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fl-10 ta’ Jannar 2017 – Maria Dicu vs Ministerul Justiției, Consiliul Superior al Magistraturii, Curtea de Apel Suceava, Tribunalul Botoșani
(Kawża C-12/17)
(2017/C 104/48)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria Dicu
Konvenuti: Ministerul Justiției, Consiliul Superior al Magistraturii, Curtea de Apel Suceava, Tribunalul Botoșani
Domanda preliminari
[L]-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li, għad-determinazzjoni tat-tul tal-leave annwali, teskludi l-perijodu li matul tiegħu l-ħaddiem kien fuq leave parentali għall-edukazzjoni ta’ wild ta’ inqas minn sentejn, bħala perijodu ta’ xogħol effettiv?
(1) Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).
Full & Egal Universal Law Academy