10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Jannar 2017 – Catlin Europe SE vs O. K. Trans Praha spol. s r. o.
(Kawża C-21/17)
(2017/C 112/28)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší soud České republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti fl-appell ta’ kassazzjoni: Catlin Europe SE
Rikorrenti fil-kawża oriġinali: O. K. Trans Praha spol. s r. o.
Domanda preliminari
L-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assenza ta’ informazzjoni lid-destinatarju dwar il-fakultà li jirrifjuta li jaċċetta l-att li għandu jiġi nnotifikat fis-sens tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz [in-notifika] fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz [notifika] ta’ dokumenti), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (3) tagħti lill-konvenut (id-destinatarju), id-dritt li jitlob eżami mill-ġdid tal-ordni ta’ ħlas Ewropew, fis-sens tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea?
(1) ĠU L 399, p. 1.
(2) ĠU L 324, p. 79
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19,Vol. 1, p. 227
Full & Egal Universal Law Academy