3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/35
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos apeliacinis teismas (il-Litwanja) fid-19 ta’ Jannar 2017 – AB “flyLAL-Lithunian Airlines”, fi stralċ vs “Air Baltic Corporation AS” u Starptautiskā lidosta “Rīga” VAS
(Kawża C-27/17)
(2017/C 104/50)
Lingwa tal-kawża: il-Litwanja
Qorti tar-rinviju
Lietuvos apeliacinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AB “flyLAL-Lithunian Airlines”, fi stralċ
Konvenuti:“Air Baltic Corporation AS” u Starptautiskā lidosta “Rīga” VAS
Domandi preliminari
1)
Fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, l-espressjoni “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq” użata [fil-punt 3 tal-]Artikolu 5 tar-Regolament Brussell I (1) għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-post tal-konklużjoni, mill-konvenuti, tal-ftehim illegali kontra l-Artikolu 82(ċ) KE [Artikolu 102(ċ) TFUE] jew bħala li tirreferi għall-post fejn l-atti li jisfruttaw il-vantaġġ finanzjarju li jirriżulta minn dan il-ftehim twettqu, billi jintalbu prezzijiet predatorji (permezz ta’ sussidji trażversali) sabiex jikkompetu mar-rikorrenti fl-istess swieq inkwistjoni?
2)
Id-dannu (profitti mitlufa) subit mir-rikorrenti f’din il-kawża bħala konsegwenza tal-fatti illegali mwettqa mill-konvenuti jista’ jitqies bħala ħsara fis-sens tal-[punt 3] tal-Artikolu 5 tar-Regolament Brussell I?
3)
Fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, l-attività tal-fergħa tal-Air Baltic fil-Litwanja taqa’ fil-kunċett ta’ “operazzjonijiet ta’ fergħa” fis-sens tal-[punt 5] tal-Artikolu 5 tar-Regolament Brussell I?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy