20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza (il-Polonja) fl-24 ta’ Jannar 2017 – Saferoad Grawil sp. z o.o., Saferoad Kabex sp z o.o. vs Generalna Dyrekcja Dróg Krajowych i Autostrad Oddział w Poznaniu
(Kawża C-35/17)
(2017/C 392/15)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Krajowa Izba Odwoławcza
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Saferoad Grawil sp. z o.o., Saferoad Kabex sp. z o.o.
Konvenut: Generalna Dyrekcja Dróg Krajowych i Autostrad Oddział w Poznaniu
fil-preżenza ta’: Przedsiębiorstwo Budownictwa Drogowego S.A., Zakład Bezpieczeństwa Ruchu Drogowego (Zaberd) S.A.,
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’digriet tat-13 ta’ Lulju 2017 (Is-Sitt Awla), iddeċidiet li l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1), il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta’ trasparenza għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku wara n-nuqqas ta’ osservanza, minn dan l-operatur, ta’ obbligu li ma jirriżultax espressament mid-dokumenti relatati ma’ din il-proċedura.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.
Full & Egal Universal Law Academy