3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Minden (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2017 – Daher Muse Ahmed vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-36/17)
(2017/C 213/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Minden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Daher Muse Ahmed
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
B’digriet tal-5 ta’ April 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) iddeċidiet li d-dispożizzjonijiet u l-prinċipji tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (1), li jirregolaw, b’mod dirett jew indirett, it-termini għat-tressiq ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid lura ma humiex applikabbli f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ċittadin ta’ pajjiż terz ikun ressaq talba għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru wara li jkun ingħata l-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja minn Stat Membru ieħor.
(1) ĠU 2013, L 180, p. 31.
Full & Egal Universal Law Academy