19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte costituzionale (l-Italja) fis-26 ta’ Jannar 2017 – M.A.S., M.B.
(Kawża C-42/17)
(2017/C 195/14)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte costituzionale
Partijiet fil-kawża prinċipali
M.A.S., M.B.
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 325(1) u (2) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-qrati kriminali jħallu mhux applikata leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-preskrizzjoni li tipprekludi, f’numru kunsiderevoli ta’ każijiet, ir-repressjoni ta’ frodi serji li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew li tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni iqsar għall-frodi li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni milli għall-frodi li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Istat, anki fejn tali nuqqas ta’ applikazzjoni ma jkollux bażi legali suffiċjentement preċiża?
2)
L-Artikolu 325(1) u (2) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-qrati kriminali jħallu mhux applikata leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-preskrizzjoni li tipprekludi, f’numru kunsiderevoli ta’ każijiet, ir-repressjoni ta’ frodi serji li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew li tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni iqsar għall-frodi li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni milli għall-frodi li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Istat, anki fejn fl-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru, il-preskrizzjoni taqa’ taħt id-dritt kriminali sostantiv u hija suġġetta għall-prinċipju ta’ legalità?
3)
Is-sentenza tal-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mogħtija fit-8 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża C-105/14 Taricco, għandha tiġi interpretata fis-sens li tobbliga lill-qrati kriminali jħallu mhux applikata leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-preskrizzjoni li tipprekludi, f’numru kunsiderevoli ta’ każijiet, ir-repressjoni ta’ frodi serji li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew li tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni iqsar għall-frodi li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni milli għall-frodi li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Istat, anki fejn tali nuqqas ta’ applikazzjoni jmur kontra l-prinċipji superjuri tal-kostituzzjoni tal-Istat Membru jew id-drittijiet inaljenabbli tal-persuna rrikonoxxuti mill-kostituzzjoni tal-Istat Membru?
Full & Egal Universal Law Academy