8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Bremen (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Jannar 2017 – Hubertus John vs Freie Hansestadt Bremen
(Kawża C-46/17)
(2017/C 144/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesarbeitsgericht Bremen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hubertus John
Konvenuta: Freie Hansestadt Bremen
Domandi preliminari
1)
Il-klawżola 5, punt 1, tal-ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat] konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 u li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (1), tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil partijiet f’kuntratt ta’ xogħol jipposponu, bi ftehim komuni matul ir-relazzjoni ta’ xogħol, mingħajr limitu fiż-żmien u mingħajr ebda kundizzjoni oħra, u possibbilment diversi drabi, id-data tat-tmiem miftiehma marbuta ma’ meta tintlaħaq l-età normali tal-irtirar, u dan għas-sempliċi raġuni li, malli jilħaq l-età normali tal-irtirar, il-ħaddiem ikollu dritt għall-pensjoni tal-irtirar?
2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda:
L-inkompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fid-domanda 1 mal-klawżola 5, punt 1 tal-ftehim qafas tapplika ukoll fir-rigward tal-ewwel posponiment tat-tmiem tal-kuntratt?
3)
L-Artikolu 1, l-Artikolu 2(1), u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/78/KE (2), tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (id-Direttiva 2000/78/KE) u/jew il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil partijiet f’kuntratt ta’ xogħol jipposponu, bi ftehim komuni matul ir-relazzjoni ta’ xogħol, mingħajr limitu fiż-żmien, u mingħajr ebda kundizzjoni oħra u possibbilment diversi drabi, id-data tat-tmiem miftiehma marbuta ma’ meta tintlaħaq l-età normali tal-irtirar, u dan għas-sempliċi raġuni li, malli jilħaq l-età normali tal-irtirar, il-ħaddiem ikollu dritt għall-pensjoni tal-irtirar?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.
Full & Egal Universal Law Academy