8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-2 ta’ Frar 2017 – Bericap Záródástechnikai Cikkeket Gyártó Bt. vs Nemzetgazdasági Minisztérium
(Kawża C-53/17)
(2017/C 144/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bericap Záródástechnikai Cikkeket Gyártó Bt.
Konvenut: Nemzetgazdasági Minisztérium
Domandi preliminari
1)
Il-paragrafu tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 (1), tas- 6 ta’ Awwissu 2008, li jipprovdi li “[i]mpriżi li għandhom relazzjoni waħda minn dawn jew aktar permezz ta’ persuna naturali jew grupp ta’ persuni naturali li jaġixxu flimkien huma wkoll meqjusa bħala impriżi konnessi jekk jieħdu sehem fl-attività tagħhom jew f’parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq qrib” għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impriżi li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fl-istess suq bħala membri ta’ grupp ta’ kumpanniji globali li huwa l-proprjetà ta’ grupp ta’ proprjetarji tal-istess tip huma meqjusa, a priori u mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi oħra, bħala “impriżi konnessi” bejnithom, mingħajr ma huwa meħtieġ li jiġi eżaminat fid-dettall jekk jeżistux realment ir-relazzjonijiet imsemmija fl-[ewwel paragrafu] tal-Artikolu 3(3)(a) sa (d), jew jekk l-attivitajiet tagħhom fl-istess suq humiex eżerċitati flimkien?
2)
Jew il-paragrafu ċċitat għandu jiġi interpretat fis-sens li, fost l-impriżi li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fl-istess suq bħala membri ta’ grupp ta’ kumpanniji li huwa l-proprjetà ta’ grupp ta’ proprjetarji tal-istess tip, biss dawk l-impriżi li fir-rigward tagħhom tista’ tiġi ddeterminata xi waħda mir-relazzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3(3)(a) sa (d) huma meqjusa bħala “impriżi konnessi” bejnithom?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas- 6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU 2008, L 214, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy