18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fit-3 ta’ Frar 2017 – Eva Soraya Checa Honrado vs Fondo de Garantía Salarial
(Kawża C-57/17)
(2017/C 121/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eva Soraya Checa Honrado
Konvenut: Fondo de Garantía Salarial
Domanda preliminari
1)
Il-kumpens dovut legalment minn impriża lill-ħaddiem, minħabba t-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, sussegwentement għall-bidla ta’ element essenzjali tal-kuntratt ta’ xogħol, bħal ma hija mobbiltà ġeografika li tobbliga lill-ħaddiem li jbiddel ir-residenza, għandu jiġi interpretat bħala li jikkostitwixxi “paga terminali [kumpensatorja] fi tmiem ir-relazzjonijiet ta’ l-impjieg” li jirreferi għaliha l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (1)?
(1) ĠU 2008, L 283, p. 36.
Full & Egal Universal Law Academy