8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Frar 2017 – INEOS Köln GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-58/17)
(2017/C 144/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: INEOS Köln GmbH
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domanda preliminari
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Deċiżjoni 2011/278/UE (1)) għandha tiġi interpretata fis-sens li “subinstallazzjoni ta’ emissjonijiet minn proċess” fis-sens tal-Artikolu 3(h) ta’ din id-deċiżjoni tippreżupponi li karbonju mhux kompletament ossidizzat jinsab fi stat gassuż, jew din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għall-karbonju mhux kompletament ossidizzat li jinsab fi stat likwidu?
(1) ĠU 2011 L 130, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy