24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fid-9 ta’ Frar 2017 – David Vicente Fernandes vs Gabinete Português de Carta Verde
(Kawża C-71/17)
(2017/C 129/07)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: David Vicente Fernandes
Konvenut: Gabinete Português de Carta Verde
Domandi preliminari
1)
Il-kuntratt ta’ assigurazzjoni magħmul fil-Lussemburgu jipproduċi effetti ġuridiċi fil-Portugall, bħallikieku l-polza rispettiva kienet inħarġet f’dan l-aħħar pajjiż?
2)
Il-Gabinete Português de Carta Verde huwa korp ta’ kumpens li għalih jirreferi l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2009/103/KE (1), u, bħala responsabbli għall-kumpens tal-persuni li ġarrbu danni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva, hija taġixxi bl-istess mod bħal ma tkun taġixxi l-impriża ta’ assigurazzjoni Lussemburgiża?
3)
Fil-każ inkwistjoni tisa’ tiġi ppreżentata azzjoni kontra l-korp ta’ kumpens jew huwa neċessarju wkoll li tiġi ppreżentata azzjoni kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni? Fil-każ li għandha tiġi ppreżentata azzjoni kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni, il-preżentata tista’ ssir fis-sede tagħha fil-Lussemburgu jew ikollha ssir kontra r-rappreżentant tagħha fil-Portugall?
4)
Fil-każ ta’ impriża ta’ assigurazzjoni li ma għandhiex rappreżentant fil-Portugall, kontra min għandha tiġi ppreżentata l-azzjoni sabiex isir kumpens sħiħ, fil-każ tal-eżistenza ta’ polza ta’ assigurazzjoni b’responsabbiltà ċivili illimitata?
(1) Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU 2009, L 263, p. 11).
Full & Egal Universal Law Academy