15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fit-13 ta’ Frar 2017 – SC Petrotel-Lukoil, Maria Magdalena Georgescu vs Ministerul Economiei, Ministerul Energiei, Ministerul Finanțelor Publice
(Kawża C-76/17)
(2017/C 151/24)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casație și Justiție
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Petrotel-Lukoil, Maria Magdalena Georgescu.
Konvenuti: Ministerul Economiei, Ministerul Energiei u Ministerul Finanțelor Publice
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 TFUE jipprekludu interpretazzjoni fis-sens li, fil-każ li l-persuna taxxabbli tkun effettivament ħallset it-taxxa b’effett ekwivalenti, din tkun tista’ titlob il-ħlas lura tas-somom imħallsa f’dan is-sens anki jekk il-mekkaniżmu ta’ ħlas tat-taxxa jkun ġie kkonċepit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’mod li t-taxxa tgħaddi fuq il-konsumatur Ewropew?
2)
Il-ħlas lura tas-somom imħallsa bħala taxxa b’effett ekwivalenti, fil-każ li dawn ikunu effettivament tħallsu mill-persuna taxxabbli (u ma jkunux ġew ittrasferiti fuq il-konsumatur), huwa kompatibbli mad-dritt Komuitarju?