29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Frar 2017 – KP, irrappreżentata minn ommha vs LO
(Kawża C-83/17)
(2017/C 168/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: KP, irrappreżentata minn ommha
Konvenut: LO
Domandi preliminari
1)
Ir-regola ta’ sussidjarjetà fl-Artikolu 4(2) tal-Protokoll ta’ Den Haag dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment tal-2007 għandha tiġi interpretata fis-sens li tapplika biss meta r-rikors promotur li jagħti bidu għall-proċedura għall-ħlas ta’ manteniment jiġi ppreżentat fi Stat Membru differenti minn dak tar-residenza abitwali tal-kreditur tal-manteniment?
Jekk tingħata risposta negattiva għal din id-domanda:
2)
L-Artikolu 4(2) tal-Protokoll ta’ Den Haag dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment tal-2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “ma jkunx jista’ […] jikseb manteniment” tirreferi wkoll għall-każijiet li fihom il-liġi tal-post ta’ residenza preċedenti ma tipprovdix kreditu ta’ manteniment għall-passat sempliċiment għaliex ċerti kundizzjonijiet legali ma jkunux issodisfatti?
Full & Egal Universal Law Academy