3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/16
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2017 minn Redpur GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-227/15 – Redpur GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
(Kawża C-86/17)
(2017/C 213/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Redpur GmbH (rappreżentant: S. Schiller, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Redwell Manufaktur GmbH
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-227/15 u tiċħad l-oppożizzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inkorsi mill-appellanti f’din il-proċedura;
—
tikkundanna lil Redwell Manufaktur GmbH għall-ispejjeż inkorsi mill-appellanti fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
Aggravji u argumenti prinċipali
Applikant għal trade mark tal-UE: l-appellanti
Trade mark tal-UE kkonċernata: trade mark verbali “Redpur” għal prodotti fil-klassi 11 – applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-UE Nru 10 934 305
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal kontenzjużi: il-parti l-oħra fil-proċedura
Trade marks jew sinjali invokati insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark verbali u figurattiva tal-UE Nru 004769717 “redwell INFRAROT HEIZUNGEN” għal prodotti fil-klassi 11; trade mark verbali Awstrijaka bir-reġistrazzjoni Nru 232549 “Redwell” għal prodotti fil-klassi 11; trade mark verbali internazzjonali (WIPO) bir-reġistrazzjoni Nru 914971, “Redwell” għal prodotti fil-klassi 11 u ismijiet ta’ kumpanniji fl-Awstrija “REDWELL Manufaktur GmbH” għal sistemi ta’ tisħin u tagħmir għal tisħin tal-kmamar, b’mod partikolari tisħin infrared u sistemi ta’ tisħin infrared
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motiv: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1)
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy