21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/20
Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 minn CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-19 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-655/16, CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-87/17 P)
(2017/C 277/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH (rappreżentant: A. Schuster, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
B’digriet tal-5 ta’ Lulju 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha.