8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/31
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-21 ta’ Frar 2017 – Turbogás Produtora Energética SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-90/17)
(2017/C 144/40)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Turbogás Produtora Energética SA
Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira
Domandi preliminari
1)
Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2003/96/KE (1), sabiex jitqiesu bħala distributuri, u suġġetti għal taxxa skont l-ewwel subparagrafu tal-istess Artikolu 21(5) tad-Direttiva, l-entitatjiet li jipproduċu l-elettriku għall-użu tagħhom stess, għandhom ikunu produtturi żgħar, fejn il-kumplament tal-entitajiet (dawk li ma jkunux produtturi żgħar) li jipproduċu l-elettriku għall-użu tagħhom stess jiġu esklużi minn din il-kwalità ta’ distributuri jew għandhom jitqiesu bħala distributuri, u suġġetti għat-taxxa skont l-ewwel subparagrafu tal-istess Artikolu 21(5) tad-Direttiva, l-entitajiet kollha li jipproduċu l-elettriku għall-użu tagħhom stess (indipendentement mid-daqs rispettiv u mill-fatt li jwettqu dan bħala attività ekonomika prinċipali jew aċċessorja), u li ma humiex eżentati, inkwantu produtturi żgħar, skont it-tieni parti tat-tielet subparagrafu tal-imsemmi Artikolu 21(5) tad-Direttiva?
2)
Konkretament, entità bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija produttriċi kbira tal-elettriku u li tasal tipproduċi madwar 9 % tal-enerġija nazzjonali għall-bejgħ lill-istess netwerk nazzjonali, għandha titqies bħala “[e]ntità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess”, hekk kif imsemmi fl-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2003/96/KE, meta parti żgħira biss mill-enerġija li hija tipproduċi tintuża fil-produzzjoni tagħha proprja ta’ elettriku ġdid bħala parti sħiħa mill-proċess produttiv tagħha?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).
Full & Egal Universal Law Academy