18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/18
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2017 minn Koninklijke Philips NV, Philips France mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-762/14, Koninklijke Philips NV, Philips France vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-98/17 P)
(2017/C 121/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Koninklijke Philips NV, Philips France (rappreżentanti: J.K. de Pree, advocaat, T.M. Snoep, advocaat, A.M. ter Haar, advocaat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza appellata;
—
tannulla d-deċiżjoni sa fejn tirrigwarda lil Koninklijke Philips NV u lil Philips France; u/jew
—
tannulla jew tnaqqas l-emendi imposti fuq Koninklijke Philips NV u fuq Philips France; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellanti jinvokaw l-aggravji u l-argumenti prinċipali li ġejjin:
—
il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat kriterju ġuridiku żbaljat meta kkonstatat restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan;
—
meta kkonstatat restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi eċċediet il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha;
—
meta kkonstatat restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha;
—
il-Qorti Ġenerali wettqet evalwazzjoni kjarament u manifestament żbaljata tal-provi li jeżistu fil-proċess, li wasslet għal żnaturament tas-sinjifikat ċar tal-provi, meta kkonstatat li l-allegat għan komuni huwa ssostanzjat minn provi oħra;
—
il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat kriterju ġuridiku żbaljat u billi żnaturat is-sinjifikat ċar tal-provi meta qieset li Philips ipparteċipat fi ksur uniku u kontinwu fl-intier tiegħu u, bħala tali, setgħet tinżamm responsabbli għalih;
—
il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat ħażin il-prinċipju ta’ proporzjonalità u billi naqset milli teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha meta ċaħdet il-motiv ta’ Philips ibbażat fuq il-fatt li l-fattur ta’ gravità applikat kien sproporzjonat għall-ksur u għar-rwol ta’ Philips f’dan il-ksur.
Full & Egal Universal Law Academy