19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/10
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2017 minn Verus Eood mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-7 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-82/14 – Copernicus-Trademarks vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
(Kawża C-101/17 P)
(2017/C 195/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Verus Eood (rappreżentant: C. Pfitzer, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Maquet
Talbiet
—
tannulla fl-intier tagħha s-sentenza fil-Kawża T-82/14.
sussidjarjament, tannulla s-sentenza fil-Kawża T-82/14 u, minħabba żnaturament tal-fatti fis-sentenza, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-istanzi kollha ta’ dawn il-proċeduri.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tressaq l-aggravji li ġejjin:
1)
Ksur tar-Regolament Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009 (1), b’mod partikolari tal-Artikolu 52 tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (Regolament dwar it-trade mark Komunitarja).
2)
Ksur tar-Regolament Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, b’mod partikolari tal-Artikolu 75 tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (Regolament dwar it-trade mark Komunitarja).
3)
Ksur tar-Regolament Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, b’mod partikolari tal-Artikolu 76 tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (Regolament dwar it-trade mark Komunitarja).
4)
Ksur tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea relatata mal-“applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark ppreżentata in mala fede”.
5)
Ksur tal-“Katalgu tad-Drittijiet Fundamentali” tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
6)
Ksur tad-dritt internazzjonali, jiġifieri tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali.
7)
Ksur tad-dritt internazzjonali, jiġifieri tal-Ftehim TRIPS (ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ).
8)
Ksur tal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (KDFUE).
9)
Ksur tal-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
10)
Ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
11)
Ksur tal-Artikolu 17 tad-“Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948”.
12)
Ksur tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-Protokolli relattivi mehmuża magħha, b’mod partikolari l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1.
13)
Ksur tal-Artikolu 6 KEDB – Dritt għal smigħ xieraq, b’mod partikolari fir-rigward ta’ fatti (dikjarazzjonijiet) ineżatti jew mgħawġa, insinwazzjonijiet, akkużi foloz, denigrazzjonijiet, inġurji, malafama.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy