29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Pitești (ir-Rumanija) fis-27 ta’ Frar 2017 – SC Cali Esprou SRL vs Administraţia Fondului pentru Mediu
(Kawża C-104/17)
(2017/C 168/29)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Pitești
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Cali Esprou SRL
Konvenuta: Administraţia Fondului pentru Mediu
Domanda preliminari
L-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 1994, dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (1), jista’ jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-adozzjoni, minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ta’ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi kontribuzzjoni li għandha titħallas mill-operatur ekonomiku li jqiegħed fis-suq nazzjonali prodotti ppakkjati u mballaġġ, mingħajr ma jibdilhom b’ebda mod, u li jbiegħhom fl-istess forma lil operatur ekonomiku, li min-naħa tiegħu jbiegħhom lill-konsumatur finali, fejn l-ammont tal-kontribuzzjoni huwa stabbilit għal kull kilogramma, fuq il-bażi tad-differenza bejn, minn naħa, il-kwantitajiet ta’ skart mill-imballaġġ li jikkorrispondi għall-għanijiet minimi ta’ rkupru jew ta’ inċinerazzjoni f’impjanti ta’ inċinerazzjoni b’irkupru tal-enerġija u b’irkupru permezz tar-riċiklaġġ u, min-naħa l-oħra, il-kwantitajiet ta’ skart mill-imballaġġ effettivament irkuprat jew inċinerat f’impjanti ta’ inċinerazzjoni b’irkupru tal-enerġija u b’irkupru permezz tar-riċiklaġġ?
(1) Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 1994, dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 13, p. 349).
Full & Egal Universal Law Academy