26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Szczecinie (il-Polonja) fit-28 ta’ Frar 2017 – Paweł Hofsoe vs LVM Landwirtschaftlicher Versicherungsverein Münster
(Kawża C-106/17)
(2017/C 202/13)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Szczecinie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Paweł Hofsoe
Konvenuta: LVM Landwirtschaftlicher Versicherungsverein Münster a.G., li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jinsab f’Münster
Domanda preliminari
Ir-riferiment li l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), jagħmel għall-Artikolu 11(1)(b) tal-istess regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li għandha l-kwalità ta’ imprenditur u li l-attività tagħha tikkonsisti, fost l-oħrajn, fl-irkupru ta’ kumpensi mingħand l-assiguraturi billi tinvoka kuntratt ta’ xiri tal-kreditu tal-persuna direttament leża, tista’ tibda azzjoni fir-rigward ta’ dan il-kreditu kontra l-assiguratur għar-responsabbiltà ċivili tal-awtur ta’ inċident tat-traffiku, li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna leża, quddiem qorti ta’ dan l-aħħar Stat Membru?
(1) ĠU 2012, L 351, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy