29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky QJ (is-Slovakkja) fis-16 ta’ Marzu 2017 – QJ vs Ministerstvo vnútra SR, Migračný úrad
(Kawża C-113/17)
(2017/C 168/30)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Najvyšší súd Slovenskej republiky (qorti suprema tar-Repubblika Slovakka)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: QJ
Konvenut: Ministerstvo vnútra SR, Migračný úrad (Ministeru tal-Intern, Uffiċċju tal-Migrazzjoni)
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (1) (riformulazzjoni) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Proċedurali”) għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li teżamina l-fondatezza tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali tal-applikant tista’, minħabba li deċiżjoni ta’ ċaħda ġiet preċedentement annullata, u l-kawża ġiet mibgħuta lura lill-awtorità amministrattiva, ripetutament wara appell li kien kull darba milqugħ, li b’dan il-mod isir ineffettiv, tiddeċiedi hija nfisha fuq l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali lill-applikant, anki jekk tali poter tal-qorti ma jirriżultax mil-leġiżlazzjoni interna?
2)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda ta’ hawn fuq, tali poter jappartjeni wkoll lill-qorti tal-appell (qorti suprema)?
(1) ĠU 2013, L 180, p. 60.
Full & Egal Universal Law Academy