6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-6 ta’ Marzu 2017 – Administration des douanes et droits indirects, Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) vs Hubert Clergeau, Jean-Luc Labrousse, Jean-Jacques Berthellemy, Alain Bouchet, Jean-Pierre Dubois, Marcel Géry, Jean-Paul Matrat, Jean-Pierre Paziot, Patrice Raillot
(Kawża C-115/17)
(2017/C 178/06)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Administration des douanes et droits indirects, Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)
Konvenuti: Hubert Clergeau, Jean-Luc Labrousse, Jean-Jacques Berthellemy, Alain Bouchet, Jean-Pierre Dubois, Marcel Géry, Jean-Paul Matrat, Jean-Pierre Paziot, Patrice Raillot
Domanda preliminari
L-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li persuna tinstab ħatja li kisbet ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li ma kinux dovuti permezz ta’ manuvri jew dikjarazzjonijiet foloz li jikkonċernaw in-natura tal-oġġetti li fir-rigward tagħhom intalbu l-ħlasijiet lura, meta, permezz ta’ tibdil fil-leġiżlazzjoni li jkun daħal fis-seħħ wara l-akkadut ta’ dawn il-fatti, l-oġġetti li din il-persuna tkun effettivament esportat ikunu saru eliġibbli għal dawn il-ħlasijiet lura?
Full & Egal Universal Law Academy