6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Marzu 2017 – Reinhard Nagel vs Swiss International Air Lines AG
(Kawża C-116/17)
(2017/C 178/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Reinhard Nagel
Konvenuta: Swiss International Air Lines AG
Domandi preliminari
1)
Trasportatur tal-ajru dejjem jista’ jagħti kreditu, jew dan jiddependi minn jekk il-liġi nazzjonali tippermettihx jew minn jekk il-qorti tqisux bħala xieraq?
2)
Jekk il-liġi nazzjonali hija determinanti jew jekk il-qorti għandha tadotta deċiżjoni diskrezzjonali, il-kumpens fi flus stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (1) għandu jkun intiż sabiex jikkumpensa biss l-iskumdità u t-telf ta’ ħin imġarrba mill-passiġġieri b’riżultat tat-tħassir, jew għandu jinkludi wkoll id-danni materjali?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.
Full & Egal Universal Law Academy