10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fis-6 ta’ Marzu 2017 – Comune di Castelbellino vs Regione Marche et
(Kawża C-117/17)
(2017/C 221/02)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Comune di Castelbellino
Konvenuti: Regione Marche, Ministero per i beni e le attività culturali, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Regione Marche Servizio Infrastrutture Trasporti Energia – P.F. Rete Elettrica Regionale, Provincia di Ancona
Domandi preliminari
1)
Id-dritt Komunitarju (b’mod partikolari d-Direttiva 2011/92/UE (1), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-datata tal-adozzjoni tal-miżuri kontenzjużi) jipprekludi, bħala prinċipju, liġi nazzjonali jew prassi amministrattiva nazzjonali li tippermetti li jiġu sottoposti għal verifika tas-suġġettibbiltà għal SIA, jew li jiġu ssuġġettati għal SIA, proġetti marbuta ma’ impjanti li jkunu diġà tlestew fil-mument li titwettaq il-verifika, jew, għall-kuntrarju, id-dritt komunitarju jippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw li ssir deroga mill-prinċipju ġenerali li s-SIA hija, min-natura tagħha, evalwazzjoni preventiva?
2)
B’mod iktar partikolari, tali deroga tkun iġġustifikata f’każ li liġi ġdida tkun teżonora minn SIA, proġett partikolari li kellu jiġi ssuġġettat għal screening skont deċiżjoni tal-qorti nazzjonali li ddikjarat antikostituzzjonali u/jew inapplikabbli regola li kienet fis-seħħ qabel u li kienet tipprovdi għall-eżenzjoni?
(1) Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy