29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (il-Latvja) fis-7 ta’ Marzu 2017 – Administratīvā rajona tiesa vs Ministru kabinets
(Kawża C-120/17)
(2017/C 168/31)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Satversmes tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Administratīvā rajona tiesa
Konvenut: Ministru kabinets
Domandi preliminari
1)
Fid-dawl tal-kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri fil-qasam tal-agrikoltura, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1257/1999 (1), fid-dawl ta’ wieħed mill-objettivi tiegħu – li l-bdiewa jipparteċipaw fil-miżura ta’ irtirar kmieni mill-attività agrikola – għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tal-miżuri ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, huwa pprojbit li Stat Membru jadotta leġiżlazzjoni li tippermetti li tintiret l-għajnuna għall-irtirar kmieni mill-attività agrikola?
2)
Fil-każ li l-ewwel domanda preliminari tingħata risposta affermattiva, jiġifieri jekk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1257/1999 jipprekludux li tista’ tintiret l-għajnuna għall-irtirar kmieni mill-attività agrikola, f’sitwazzjoni fejn dispożizzjoni legali ta’ Stat Membru tqieset mill-Kummissjoni Ewropea, skont il-proċedura adatta, bħala konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1257/1999, u l-bdiewa pparteċipaw fil-miżura ta’ irtirar kmieni mill-attività agrikola skont il-prattika nazzjonali, huwa possibbli li nkiseb dritt suġġettiv għall-wirt tal-għajnuna mogħtija fil-kuntest ta’ din il-miżura?
3)
Fil-każ li t-tieni domanda preliminari tingħata risposta affermattiva, jiġifieri jekk huwa possibbli li nkiseb tali dritt suġġettiv, jista’ jitqies li l-konklużjoni milħuqa fil-laqgħa tal-Kumitat għall-iżvilupp rurali tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ Ottubru 2011, li tipprevedi li l-għajnuna għall-irtirar kmieni mill-attività agrikola ma tistax tingħadda lill-werrieta taċ-ċessjonarju tar-razzett, tikkostitwixxi bażi għat-tmiem antiċipat tad-dritt suġġettiv miksub imsemmi iktar 'il fuq?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391).
Full & Egal Universal Law Academy