29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fit-13 ta’ Marzu 2017 – Hélder José Cunha Martins vs Fundo de Garantia Automóvel
(Kawża C-131/17)
(2017/C 168/32)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hélder José Cunha Martins [jiġifieri l-parti li titlob l-eżekuzzjoni]
Konvenut: Fundo de Garantia Automóvel [jiġifieri l-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni]
Domandi preliminari
1)
Il-kundanna, in solidum, f’azzjoni għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta minn inċident tat-traffiku, fl-appell, minn qorti superjuri, mingħajr ma jkun sar rikors għall-prinċipju ta’ immedjatezza, u mingħajr użu sħiħ tal-mezzi kollha ta’ difiża, għandha titqies li hija kawża deċiża b’mod ġust u ekwu, konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?
2)
Il-mandat ta’ qbid li jkun qed jiġi eżegwit mingħajr ma tkun ingħatat deċiżjoni preċedenti dwar ir-rikors li jikkontestah jikkuntrasta mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?
Full & Egal Universal Law Academy