19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco (Spanja) fil-21 ta’ Marzu 2017 – José Luis Cabana Carballo vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)
(Kawża C-141/17)
(2017/C 195/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia del País Vasco
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: José Luis Cabana Carballo
Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 53(3)(a) u (d) tar-Regolament (KE) 883/2004 (1) għandu jitqies bħala waħda mid-dispożizzjonijiet li tgħid mod ieħor imsemmija fl-Artikolu 5 tiegħu, u għaldaqstant għandu japplika minflok id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(b))?
2)
Għall-finijiet tal-Artikolu 53(3)(a) ta’ dan ir-regolament, għandu jitqies li l-leġiżlazzjoni Spanjola dwar iż-żieda ta’ 20 % inkluża fil-pensjoni għal diżabilità permanenti totali għall-eżerċizzju tal-professjoni abitwali hija leġiżlazzjoni li tipprevedi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċji jew tad-dħul miksuba barra mill-pajjiż?
3)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, għandu jitqies li l-prassi amministrattiva u ġudizzjarja Spanjola li tissospendi l-pagament taż-żieda ta’ 20 % inkluża fil-pensjoni għal diżabilità permanenti totali għall-eżerċizzju tal-professjoni abitwali meta l-benefiċjarju huwa eliġibbli għal pensjoni tal-irtirar minn Stat Membru ieħor, hija kuntrarja għal din ir-regola Komunitarja?
4)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 2(a), il-fatt li ż-żieda ta’ 20 % inkluża fil-pensjoni għal diżabbiltà permanenti totali sabiex tiġi eżerċitata l-prodessjoni abitwali tiġi sospiża wkoll fir-rigward tal-parti li teċċedi l-ammont tal-pensjoni miksuba fi Stat Membru ieħor, huwa inkompatibbli mal-Artikolu 53(3)(d) tal-imsemmi Regolament?
(1) Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).
Full & Egal Universal Law Academy