31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-20 ta’ Marzu 2017 – Catia Passeri vs Fondazione Teatro dell’Opera di Roma
(Kawża C-143/17)
(2017/C 249/26)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Catia Passeri.
Konvenut: Fondazione Teatro dell’Opera di Roma
Domanda preliminari
Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess, previst fid-Direttiva 2006/54 (1) u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 21), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 3(7) tad-Digriet Liġi Nru 64, tat-30 ta’ April 2010, ikkonvertit fil-Liġi Nru 100, tad-29 ta’ Ġunju 2010, skont liema “għall-ħaddiema tas-settur tal-ispettakklu li jaqgħu fil-kategorija ta’ żeffiena, l-età tal-irtirar għandha tkun dik tal-45 sena ta’ età kronoloġika kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, u għandu japplika għall-ħaddiema li huma koperti b’mod sħiħ bis-sistema kontributorja jew bis-sistema mħallta, il-koeffiċjent ta’ konverżjoni previst fl-Artikolu 1(6) tal-Liġi Nru 335, tat-8 ta’ Awwissu 1995, dwar l-età massima. Għas-sentejn sussegwenti għad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni, il-ħaddiema msemmija fil-paragrafu preċedenti, impjegati għal żmien indeterminat u li jkunu għalqu jew qabżu l-età tal-irtirar, huma mogħtija għażla, li tista’ tiġġedded annwalment, li jibqgħu fis-servizz. Din l-għażla għandha tiġi eżerċitata permezz ta’ talba formali li għandha tiġi ppreżentata lill-ENPALS f’terminu ta’ xahrejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni jew mill-inqas tliet xhur qabel il-kisba tad-dritt definittiv għall-irtirar, u dan mingħajr preġudizzju għall-età tal-irtirar massima ta’ 47 sena għan-nisa u ta’ 52 sena għall-irġiel”?
(1) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p. 23).
Full & Egal Universal Law Academy