3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Calabria (l-Italja) fit-22 ta’ Marzu 2017 – Lloyd’s of London vs Agenzia Regionale per la Protezione dell’Ambiente della Calabria
(Kawża C-144/17)
(2017/C 213/23)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale Calabria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lloyd’s of London
Konvenuta: Agenzia Regionale per la Protezione dell’Ambiente della Calabria
Domanda preliminari
Il-prinċipji sanċiti mir-regoli Ewropej fil-qasam tal-kompetizzjoni, fosthom mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll il-prinċipji li jirriżultaw minnhom, bħal dawk tal-awtonomija u tan-natura sigrieta tal-offerti, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, hekk kif interpretata mill-ġurisprudenza, li tippermetti l-parteċipazzjoni fl-istess waqt għall-istess sejħa għal offerti maħruġa minn awtorità kontraenti ta’ numru ta’ sindakati affiljati ma’ Lloyd’s of London, li l-offerti tagħhom ġew issottoskritti minn persuna waħda, b’mod speċifiku r-rappreżentant ġenerali għall-pajjiż?
Full & Egal Universal Law Academy