29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Marzu 2017 – X vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-157/17)
(2017/C 168/35)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Partijiet oħra: Nederlandse Orde van Belastingadviseurs, Loyens en Loeff NV
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) jipprekludi li fond ta’ investiment stabbilit barra l-Pajjiżi l-Baxxi jiġi rrifjutat il-ħlas lura tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża miżmuma fuq id-dividendi li l-fond ta’ investiment irċieva mingħand entitajiet stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba li ma huwiex suġġett għall-obbligu ta’ żamma tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża, filwaqt li tali ħlas lura jingħata lil istituzzjoni ta’ investiment fiskali stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li, kull sena, tqassam il-profitt mill-investimenti tagħha lill-azzjonarji jew lill-parteċipanti tagħha, bla ħsara għaż-żamma tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża?
2)
L-Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) jipprekludi li fond ta’ investiment stabbilit barra l-Pajjiżi l-Baxxi jiġi rrifjutat il-ħlas lura tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża – li madankollu jingħata lil istituzzjoni ta’ investiment fiskali stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi – f’każ li jista’ jostakola l-kapaċità ta’ dan il-fond li jattira investituri li jgħixu jew li huma stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi?
Full & Egal Universal Law Academy