29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/28
Appell ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 minn ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-25 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-771/14, ANKO vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-173/17 P)
(2017/C 168/37)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (rappreżentant: Stauroula Paliou, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża Τ-771/14 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq il-mertu;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża Τ-771/14 tal-25 ta’ Jannar 2017 tinkludi evalwazzjonijiet ġuridiċi li jmorru kontra regoli tad-dritt tal-Unjoni, u tikkontestahom b’dan l-appell.
L-appellanti tqis li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata:
i
L-ewwel nett , abbażi ta’ żnaturament tal-provi, fir-rigward tal-affidabbiltà tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol.
ii
It-tieni nett , abbażi ta’ żball ta’ liġi, fir-rigward tar-regoli li japplikaw, fir-rigward tar-rikors, għal dak li għandu jiġi pprovat u għall-oneru tal-prova.
iii
It-tielet nett , abbażi ta’ żball ta’ liġi, fir-rigward tar-regoli li japplikaw, fir-rigward tal-kontrotalba, għat-tqassim tal-oneru tal-prova.
iv
Ir-raba’ nett , abbażi ta’ ksur ta’ forma proċedurali essenzjali u, b’mod partikolari, abbażi ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-fatt li l-kreditu tal-Kummissjoni huwa ċert, ta’ ammont fiss u dovut.
Full & Egal Universal Law Academy