11.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 300/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich (il-Polonja) fis-6 ta’ April 2017 – Profi Credit Polska S.A. w Bielsku Białej vs Mariusz Wawrzosek
(Kawża C-176/17)
(2017/C 300/13)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Profi Credit Polska S.A. w Bielsku Białej
Konvenut: Mariusz Wawrzosek
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993 (1), dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1), kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 22(1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu lil negozjant (persuna li ssellef) milli jeżegwixxi kreditu kkonstatat minn kambjala redatta kif suppost, fil-konfront ta’ konsumatur (il-persuna li tissellef), fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ordni ta’ ħlas kif iddefinita mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 485(2) et seq. tal-kodeks postępowania cywilnego (kodiċi tal-proċedura ċivili) flimkien ma’ dik tal-Artikolu 41 tal-ustawa o kredycie konsumenckim (liġi tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-kreditu lill-konsumaturi, Dz.U.2014, 1497, verżjoni kkonsolidata, kif emendata), li jipprevedu li l-eżami tal-qorti nazzjonali għandu jkun limitat biss għall-verifika tal-validità tal-obbligazzjoni naxxenti mill-kambjala mill-perspettiva tal-osservanza tal-kundizzjonijiet formali applikabbli għaliha, mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni r-relazzjoni sottostanti?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
(2) ĠU L 133, p. 66.