21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fil-5 ta’ April 2017 – Graziano Garavaldi vs Ministero della Giustizia
(Kawża C-178/17)
(2017/C 277/31)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Graziano Garavaldi
Konvenut: Ministero della Giustizia
Domanda preliminari
Il-prinċipju li kull persuna għandha dritt li l-kawża tagħha tinstema’ f’terminu raġonevoli minn qorti imparzjali, sanċit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, liema prinċipju ġie riprodott mid-dritt tal-Unjoni fl-Artikolu 6(3) TUE, moqri flimkien mal-prinċipju li jinsab fl-Artikolu 67 TFUE, li jistabbilixxi li l-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi spazju komuni ta’ ġustizzja b’rispett għad-drittijiet fundamentali, kif ukoll tal-prinċipju li jirriżulta mill-Artikoli 81 u 82 TFUE, li skontu l-Unjoni, fl-oqsma tad-dritt ċivili u kriminali li għandhom effett transkonfinali, għandha tizviluppa koperazzjoni ġudizzjarja bbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-leġizlazzjoni Taljana li tinsab fl-Artikolu 5e tal-Liġi Nru 89/2001, li tobbliga lill-persuni li jkunu diġà ġew rikonoxxuti bħala kredituri, fir-rigward tal-Istat Taljan, ta’ somom dovuti bħala “kumpens ekwu” minħabba t-tul mhux raġonevoli ta’ proċeduri ġudizzjarji, li jissodisfaw serje ta’ obbligi bil-għan li jiksbu l-ħlas, kif ukoll li jistennew id-dekors ta’ terminu indikat fl-Artikolu 5e(5) tal-Liġi Nru 89/2001 iċċitata iktar ’il fuq, mingħajr ma jkunu jistgħu, fil-frattemp jistitwixxu proċeduri ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni u mingħajr imbagħad ma jkunu jistgħu jitolbu kumpens għad-danni kkaważati mid-dewmien fil-ħlas, u dan anki fil-każ li l-“kumpens ekwu” jkun ġie rrikonoxxut minħabba t-tul mhux raġonevoli ta’ proċedura ċivili bl-implikazzjonijiet transkonfinali jew, fi kwalunkwe każ, f’qasam li jaqa’ taħt il-kompetenzi tal-Unjoni u/jew f’qasam li fir-rigward tiegħu l-Unjoni tipprovdi għar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji?