10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/7
Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2017 minn International Management Group mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-2 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-29/15, International Management Group vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-183/17 P)
(2017/C 221/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: International Management Group (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza appellata;
—
konsegwentement,
—
tannulla l-anness emendat tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni tas-7.11.2013 dwar il-programm ta’ azzjoni annwali favur il-Myanmar/Burma li għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (1), adottat fis-16 ta’ Diċembru 2014; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha, kemm dawk tal-appell kif ukoll dawk tal-ewwel istanza.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.
1)
Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Qorti Ġenerali – Żnaturament tal-proċess
2)
Ksur tar-Regolament Finanzjarju tal-2002 (2) u tar-Regolament Finanzjarju tal-2012 (3) – Ksur tar-Regolament tal-Kummissjoni (4) u tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (5) – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Qorti Ġenerali – Żnaturament tal-proċess
3)
Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Qorti Ġenerali – Ksur tar-Regolament Finanzjarju tal-2012 (Artikoli 61(1) u 60(2))
4)
Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Ksur tad-dritt għal smigħ
L-appellanti tikkontesta wkoll id-deċiżjoni li tiċħad it-talba tagħha għall-produzzjoni tar-rapport tal-OLAF.
(1) C(2013) 7682 finali.
(2) Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1 Vol. 4, p. 74)
(3) Regolament Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002 (ĠU 2012, l298, p. 1)
(4) Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145)
(5) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2012, L 362, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy