10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-12 ta’ April 2017 – flightright GmbH vs Iberia Express SA
(Kawża C-186/17)
(2017/C 221/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: flightright GmbH
Konvenuta: Iberia Express SA
Domandi preliminari
Jeżisti wkoll dritt għal kumpens abbażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) meta passiġġier ma setax jaqbad titjira ta’ korrispondenza diretta, minħabba dewmien fil-wasla relattivament minimu, u meta dan kellu bħala konsegwenza dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar lejn id-destinazzjoni finali, iżda meta ż-żewġ titjiriet kienu operati minn trasportaturi tal-ajru differenti u meta r-riżervazzjoni saret permezz ta’ organizzatur ta’ vjaġġi li wettaq ir-riżervazzjoni tat-titjira sħiħa ma’ kumpannija tal-ajru oħra?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy