19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/16
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-205/17)
(2017/C 195/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u E. Sanfrutos Cano, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet
—
tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) TFUE billi naqas milli jadotta l-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-343/10, ECLI:EU:C:2011:260);
—
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja sabiex iħallas lill-Kummissjoni penalità fl-ammont ta’ EUR 171 217,2 għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-343, ECLI:C:2011:260), li jibda jgħodd mill-jum tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sal-jum li fih is-sentenza fil-Kawża C-343/10 tiġi eżegwita;
—
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja sabiex iħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa ta’ EUR 19 303,9 għal kull jum, li tibda tgħodd mid-data li fiha tingħata s-sentenza tal-14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-343/10, ECLI:EU:C:2011:260), sad-data tas-sentenza f’din il-kawża jew sad-data tal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza fil-Kawża C-343/10, jekk tingħata retroattivament;
—
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tqis li r-Renju ta’ Spanja ma ħax il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tan-nuqqas ta’ sistemi ta’ ġbir tal-ilma urban mormi fl-agglomerazzjoni ta’ Valle de Güimar, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/271 (1), u tan-nuqqas ta’ trattament tal-ilma urban mormi tal-agglomerazzjonijiet ta’ Alhurín el Grande, Barbate, Isla Cristina, Matalascañas, Tarifa, Valle de Güimar, Peníscola, Aguiño-Carreira-Ribeira, Estepona (San Pedro de Alcántara), Coín, Nerja, Gijón-Este, Noreste (Valle Guerra), Benicarló, Teulada-Moraira, Vigo y Santiago, skont l-Artikolu 4(1) (3) u, jekk applikabbli fil-każ 4 tagħha, id-Direttiva 91/271.
(1) Direttiva tal-Kunsill 91/271, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26).
Full & Egal Universal Law Academy