17.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 231/14
Appell ippreżentat fil-21 ta’ April 2017 minn NM mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fit-28 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-257/16, NM vs Il-Kunsill Ewropew
(Kawża C-210/17 P)
(2017/C 231/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: NM (rappreżentanti: P.O’Shea, BL, I. Whelan, BL, B. Burns, Solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill Ewropew
Talbiet
—
tannulla fl-intier tiegħu d-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali li tiċħad ir-rikors minħabba l-inkompetenza tal-Qorti Ġenerali biex tieħu konjizzjoni tiegħu
—
tiddeċiedi b’mod definittiv fuq is-suġġett ta’ dan l-appell u tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni u kkundannat lill-konvenut fil-Kawża T-257/16 għall-ispejjeż tar-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-kuntest ta’ dan l-appell
—
tirrinvijja l-kwistjonijiet imqajma f’din il-proċedura lill-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi billi tispeċifika li hija għandha obbligu li tiddikjara li hija għandha ġurisdizzjoni
Aggravji u argumenti prinċipali
1)
Nuqqas ta’ motivazzjoni
2)
Nuqqas ta’ eżami adegwat tal-kwistjoni ta’ jekk il-ftehim kontenzjuż kienx fir-realtà deċiżjoni tal-konvenut
3)
Ksur ta’ kwistjonijiet ta’ fatti rilevanti
4)
Nuqqas ta’ eżami tal-provi tal-proċess
5)
Nuqqas ta’ eżami sħiħ u ta’ evalwazzjoni tal-kwistjonijiet importanti
6)
Assenza ta’ talbiet ta’ informazzjoni addizzjonali rilevanti
7)
Teħid ta’ deċiżjoni mingħajr informazzjoni suffiċjenti disponibbli
8)
Méconnaissance des principes établis par la Cour dans l’affaire C-294/83
Full & Egal Universal Law Academy