30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/2
Appell ippreżentat fis-26 ta’ April 2017 minn Natural Instinct Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-30/16: M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct
(Kawża C-218/17 P)
(2017/C 369/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Natural Instinct Ltd (rappreżentanti: C. Spintig, avukat, S. Pietzcker, avukat, B. Brandreth, Barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, M. I. Industries, Inc.
B’digriet tas-7 ta’ Settembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.