3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/22
Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2017 minn Plásticos Españoles, S.A. (ASPLA) u Armando Álvarez, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla estiża) fis-17 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-40/15, ASPLA u Armando Álvarez vs L-Unjoni Ewropea
(Kawża C-222/17 P)
(2017/C 213/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Plásticos Españoles, S.A. (ASPLA) u Armando Álvarez, S.A. (rappreżentanti: S. Moya Izquierdo u M. Troncoso Ferrer, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-40/15 u tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tħallas lill-appellanti s-somma ta’ EUR 3 495 038,66, flimkien ma’ interessi kompensatorji u moratorji applikabbli, bħala kumpens għall-ksur, mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Aggravji u argumenti prinċipali
1.
Nuqqas ta’ motivazzjoni u żball ta’ liġi fid-determinazzjoni tat-tul xieraq bejn it-tmiem tal-fażi bil-miktub u l-ftuħ tal-fażi orali.
2.
Żball ta’ liġi fir-rigward tal-evalwazzjoni bħala dannu tal-interessi fuq il-multa.
3.
Żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ deċiżjoni ultra petita.
4.
Ksur tad-drittijiet ta’ difiża tal-appellanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tad-dannu materjali subit.
5.
Żball ta’ dritt li jikkonsisti f’li s-sentenza appellata fiha kontradizzjoni notorja fir-rigward tal-perijodu li għandu jiġi kkumpensat.
Full & Egal Universal Law Academy