10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/11
Appell ippreżentat fis-26 ta’ April 2017 minn Lubrizol France SAS mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-191/14, Lubrizol France SAS vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-223/17 P)
(2017/C 221/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Lubrizol France SAS (rappreżentanti: R. MacLean, Solicitor, A. Bochon, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-191/14, Lubrizol France vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, billi tiċħad iż-żewġ motivi tar-rikors li ir-rikorrenti ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali:
—
tiddikjara dawn iż-żewġ motivi infondati;
—
teżerċita s-setgħat tagħha sabiex tiddeċiedi fuq iż-żewġ motivi inkwistjoni u tagħti deċiżjoni b’mod definittiv;
—
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem l-Qorti Ġenerali sabiex hija tiddeċiedi fuq iż-żewġ motivi li r-rikorrenti ddeduċiet bi ksur tar-regoli tal-proċedura; u
—
tikkundanna lill-Kunsill u lill-intervenjenti kollha għall-ispejjeż tal-appell u tal-proċedura tal-ewwel istanza.
Aggravji u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti invokat tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha.
1.
L-ewwel aggravju: ir-rikorrenti tilmenta li l-Qorti Ġenerali li ma vverifikax li l-Kunsill kien applika l-kontrolli adegwata skont ir-regoli legali applikabbli.
—
Ir-rikorrenti ssostni li billi ma applikatx il-kriterji stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 2011/C 363/02 (1) rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi meta hija eżaminat il-punt ta’ jekk is-sospensjoni awtonoma tad-dazji għal BPA għandha, il-Qorti Ġenerali ma applikatx l-eżami legali adegwat għall-argumenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u li ma eżaminathomx b’konformità mar-regoli legali korretti li japplikaw f’din is-sitwazzjoni.
2.
It-tieni aggravju: ir-rikorrenti tilmenta li l-Qorti Ġenerali, b’disprezz tal-liġi, issostitwiet ir-raġunament tagħha għal dak tal-Kunsill u li manifestament biddlet il-provi.
Ir-rikorrenti ssostni, fl-ewwel lok, li l-Qorti Ġenerali aġixxiet b’mod illegali billi ssostitwiet ir-raġunament tal-Kunsill u tal-Kummissjoni bir-raġunament tagħha u billi aġixxiet b’dan il-mod, hija, b’disprezz tal-liġi, ipprovdiet raġuni tagħha stess sabiex turi li l-merkanzija proposta mill-parti li toġġezzjona setgħet tiġi kkunsidrata prodott identiku jew ekwivalenti għal BPA jew bħala prodott ta’ sostituzzjoni.
Hija ssostni, fit-tieni lok, li meta eżaminat il-provi li jirrigwardaw il-kapaċità tal-parti li toġġezzjoni li tipprovdi volumi disponibbli suffiċjenti tal-merkanzija allegatament komprabbli mal-BPA, il-Qorti Ġenerali għamlet dan b’mod manifestament inkorrett billi żnaturat is-sens ċar tal-provi u l-applikazjzoni tiegħu għall-evalwazzjoni tal-kawża fl-ewwel istanza.
3.
It-tielet aggravju: ir-rikorrenti tiddikjara li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji manifesti fl-applikazzjoni tal-proċeduri relevanti u adottat raġunament kontradittorju.
Ir-rikorrenti ssostni li billi ddeċidiet li s-setgħa li l-Kummissjoni għandha li tiċħad oġġezzjoni minħabba l-fatt li r-risposta kienet ipprovduta f’terminu li jeċċedi b’mod sinjifikattiv il-ħmistax-il jum ta’ xogħol previsti fil-komunikazzjoni tagħha relatata biss mal-ewwel kuntatt bejn il-parti li toġġezzjona u l-kumpanniji rikorrenti bl-esklużjoni ta’ komunikazzjonijiet sussegwenti, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta liġi, li ppermettielha li tikkunsidra li din it-tardività kienet irrelevanti. B’dan ir-raġunament, il-Qorti Ġenerali ikkontradiċiet ruħha f’dak li jirrigwarda n-natura, il-funzjonament u r-rwoli tal-partijiet differenti fil-proċedura prevista fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni.
(1) ĠU 2011, C 363, p. 6.
Full & Egal Universal Law Academy