31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-28 ta’ April 2017 – Medtronic GmbH vs Finanzamt Neuss
(Kawża C-227/17)
(2017/C 249/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Medtronic GmbH
Konvenut: Finanzamt Neuss
Domanda preliminari
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754, tas-6 ta’ Ottubru 2015 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li s-sistemi ta’ ffissar tas-sinsla tad-dahar tat-tip deskritt f’iktar dettall fid-deċiżjoni (2) għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 9021 90 90?
(1) ĠU 2015, L 285, p. 1.
(2) Sistemi ta’ ffissar tas-sinsla tad-dahar tat-trademark CD Horizon SOLERA Spinal System.
Full & Egal Universal Law Academy